Malti

Servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni bil-Malti

Eurasian Linguistics huma l-punt uniku tiegħek għal servizzi professjonali ta’ traduzzjoni, lokalizzazzjoni u interpretazzjoni bil-Malti. Għandna netwerk ta’ 2,000 lingwista espert u għaldaqstant nistgħu nipprovdu soluzzjonijiet ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni bil-Malti tal-aqwa kwalità fejn nissodisfaw id-dati ta’ skadenza tiegħek u l-baġit tiegħek.

Nistgħu nipprovdu wkoll servizzi ta’ traduzzjoni, lokalizzazzjoni u interpretazzjoni f’bosta lingwi oħra. Inti tista’ wkoll taċċerta ruħek li l-proġetti tat-traduzzjoni bil-Malti tiegħek ser jitwettqu bl-ogħla standards ta’ kwalità, peress illi Eurasian Linguistics huma akkreditati bis-sħiħ għal ISO 17100 (l-istandard internazzjonali għall-kwalità tat-traduzzjonijiet).

Ikkuntattja lil Eurasian Linguistics illum fuq +44 (0)118 3800 432 jew sempliċement fuq ask@eurasianlinguistics.com għal stima għal traduzzjoni jew interpretazzjoni bil-Malti jew kwalunkwe servizz relatat ieħor.

Is-servizzi tal-Malti tagħna jinkludu dan li ġej:

Dawn is-servizzi huma wkoll disponibbli f’bosta lingwi oħra.

Bħala kumpanija ddedikata għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni bil-Malti, Eurasian Linguistics jistgħu joffru servizzi speċjalizzati tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni bil-Malti li jissodisfaw il-ħtiġijiet tiegħek b’fokus primarju fuq it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni għall-affarijiet legali u n-negozju iżda bil-kapaċità li jipprovdu servizzi f’oqsma oħra, bħall-mediċina u t-teknoloġija wkoll.

Affarijiet Legali

It-tradutturi u l-interpreti legali esperti Maltin tagħna huma mħarrġa speċifikament fit-terminoloġija legali speċjalizzata. Eurasian Linguistics jistgħu joffru firxa wiesgħa ta’ servizzi tat-traduzzjoni ta’ dokumenti legali bil-Malti (kuntratti, stqarrijiet ta’ xhieda, dokumenti ta’ reġistrazzjoni ta’ kumpaniji, prokuri, varjetà ta’ dokumenti relatati mal-liġi tal-familja u ħafna tipi ta’ dokumenti oħra) kif ukoll interpretazzjoni fil-qrati bil-Malti, interpretazzjoni bil-Malti għal laqgħat ma’ xhieda, traskrizzjoni bil-Malti u identifikazzjoni fuq il-post ta’ dokumenti bil-Malti.

Negozju

Eurasian Linguistics jistgħu joffru servizzi tal-aqwa kwalità ta’ traduzzjoni, lokalizzazzjoni u interpretazzjoni ta’ dokumenti bil-Malti li l-klijenti tan-negozju tagħna jkunu jeħtieġu, bis-saħħa tal-esperjenza u l-kompetenza esperta tal-lingwisti Maltin f’firxa wiesgħa ta’ oqsma tan-negozju: traduzzjoni bil-Malti ta’ tipi differenti ta’ dokumenti inklużi rapporti finanzjarji, rapporti dwar is-swieq, rapporti annwali, minuti ta’ laqgħat, stqarrijiet għall-istampa, korrispondenza bil-posta elettronika u ftehimiet; interpretazzjoni bil-Malti għal laqgħat mal-klijenti, laqgħat tal-bordijiet, konferenzi u preżentazzjonijiet; identifikazzjoni ta’ dokumenti bil-Malti fuq il-post.

 

Eurasian Linguistics jispeċjalizzaw fit-traduzzjoni, il-lokalizzazzjoni u l-interpretazzjoni f’oqsma ta’ affarijiet legali u n-negozju, iżda nistgħu noffru wkoll traduzzjoni u interpretazzjoni bil-Malti f’oqsma oħrajn. Eurasian Linguistics wettqu traduzzjonijiet ta’ rapporti mediċi, manwali ta’ istruzzjonijiet għal teknoloġija ġdida, fuljetti tat-teknoloġija, ċertifikati tat-twelid, ċertifikati taż-żwieġ, ċertifikati tad-divorzju u ċertifikati tal-mewt. Eurasian Linguistics għamlu wkoll traduzzjonijiet ta’ materjal tar-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni, fuljetti ta’ galleriji tal-arti, diskorsi taż-żwieġ u scripts għal ċerimonji ta’ premjijiet prestiġjużi.

Eurasian Linguistics jistgħu joffru servizzi ta’ traduzzjoni bil-Malti ċċertifkati, sew f’ismhom stess jew billi nitolbu lil-lingwisti Maltin professjonali tagħna biex jipprovdu ċertifikazzjoni f’isimhom. Għadd ta’ lingwisti fin-netwerk tagħna huma tradutturi “taħt ġurament” jew “uffiċjali”, awtorizzati biex jipprovdu traduzzjonijiet “taħt ġurament” jew “uffiċjali” skont ir-rekwiżiti legali jew amministrattivi fejn joqogħdu.

Fi sħubija ma’ għadd ta’ nutara, inkluż ditta bbażata f’Londra ta’ nutara, nistgħu noffru wkoll servizzi notarili għal dokumenti u l-legalizzazzjoni tagħhom bil-postilla tal-Uffiċċju għall-Affarijiet Barranin.

Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-ħidma tat-traduzzjoni, il-lokalizzazzjoni u l-interpretazzjoni minn Eurasian Linguistics issir mill-Ingliż għal lingwa oħra, ħafna mil-lingwisti tagħna għandhom il-kapaċità li jaħdmu minn u għal bosta lingwi differenti. Eurasian Linguistics, għaldaqstant, jistgħu jipprovdu servizzi ta’ traduzzjoni, lokalizzazzjoni u interpretazzjoni ta’ dokumenti f’bosta pari ta’ lingwi li ma jinkludux l-Ingliż, bħal Malti-Russu jew Franċiż-Malti u bosta lingwi oħra.

Permezz ta’ Eurasian Linguistics tista’ tkun fiduċjuż li d-dokumenti u d-dejta tiegħek ikunu siguri, peress illi nużaw sistemi u teknoloġija li jiżguraw il-ħarsien tad-dejta fil-bażi tad-dejta tagħna u l-komunikazzjonijiet skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, u l-lingwisti tagħna huma meħtieġa li jiffirmaw ftehimiet ta’ kunfidenzjalità. Nistgħu nieħdu ħsieb ukoll kwalunkwe terminu speċjalizzat dwar il-kunfidenzjalità li tkun teħtieġ.

 

Jekk jogħġbok ikkuntattjana llum fuq +44 (0)118 3800 432 jew sempliċement fuq ask@eurasianlinguistics.com biex titlob stima jew biex tiddiskuti kif is-servizzi ta’ interpretazzjoni bil-Malti, is-servizzi ta’ lokalizzazzjoni bil-Malti jew is-servizzi ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti bil-Malti offruti minn Eurasian Linguistics jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tiegħek.

GET IN TOUCH

Please drop us a line to get a bespoke quote or request a callback to discuss your translation / interpreting needs.

CONTACT US